Ġebla tax-xewka
ġebla ċeremonjali biex timmarka l-bidu ta' binja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-ġebla tax-xewka hija l-ewwel ġebla stabbilita fil-kostruzzjoni ta' pedamenti ta' binja. Il-ġebel l-ieħor kollu jiġi imqiegħed b'referenza għal din il-ġebla, u b'hekk tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal- istruttura kollha.
Maż-żmien ġebla tax-xewka saret ġebla ċerimonjali, xi drabi anke replika, imqiegħda f’post prominenti fuq barra ta’ bini, bi skrizzjoni fuq il-ġebla li tindika d-dati tal-kostruzzjoni tal-bini u l-ismijiet tal-perit, bennej, u individwi sinifikanti oħra. Ir-rit tat-tqegħid tal-pedament huwa aspett kulturali importanti fl-arkitettura tal-Lvant u metaforikament fl- arkitettura sagra b'mod ġenerali.
Xi drabi l-ġebla tax-xewka tinkludi wkoll kapsula taż-żmien minn, jew inċiżjonijiet li jikkommemoraw, iż-żmien li fih inbniet binja partikolari.