port f'Malta From Wikipedia, the free encyclopedia
Iċ-Ċirkewwa huwa port li jinsab fl-iżjed punt fit-Tramuntana ta' Malta.
Huwa l-post fejn hemm it-Terminal taċ-Ċirkewwa għal-lanċa tal-Gozo Channel Company Limited li topera regolarment sal-port tal-Imġarr, Għawdex, u minnu. Fis-sajf joperaw ukoll laneċ għal Kemmuna, kif ukoll eskurjonijiet organizzati għall-bugħaddasa. Peress li ċ-Ċirkewwa huwa port u mhux raħal, ma hemmx infrastruttura għajr it-terminal.[1]
Il-viżitatur li jivvjaġġaw lejn Għawdex jistgħu jaslu ċ-Ċirkewwa bil-karozza billi jsegwu s-sinjali fit-toroq li jindikaw lejn Għawdex, u bil-karozza tal-linja mill-Belt Valletta, minn Tas-Sliema, minn Buġibba u minn San Pawl il-Baħar.
Ħdejn il-port hemm lukanda u l-bajja bir-ramel ta' Paradise Bay.
Iċ-Ċirkewwa hija wieħed mill-iżjed siti li jżuruh bugħaddasa fil-Gżejjer Maltin. Hemm irdumijiet taħt il-baħar, għerien, mini u ħnejja f'qiegħ il-baħar, f'fond ta' 27 metru. Fiċ-Ċirkewwa hemm ukoll relitti tat-tugboat MV Rozi u tad-dgħajsa P29 li kienet tintuża għar-rondi, li ġew mgħerrqa apposta fl-1992 u fl-2007 rispettivament. 'Il barra mix-xatt lejn l-Iskoll tal-Marfa hemm statwa tal-Madonna li tpoġġiet f'għar naturali mill-Klabb tal-Bugħaddasa magħruf bħala Amphibians Diving Club.[2][3]
Minn nofs l-2010, il-bugħaddasa kkooperaw bejniethom biex iċ-Ċirkewwa tiġi ddeżinjata bħala Riżerva tal-Baħar Volontarja. Is-sit issa jgawdi l-appoġġ tal-komunità tal-bugħaddasa li qed taħdem biex tikseb l-appoġġ tal-komunitajiet tas-sajd professjonali, tas-sajd rikreattiv u tat-tbaħħir bid-dgħajjes sabiex jiġi implimentat kodiċi ta' mġiba ħalli s-sit jiġi ppreservat u protett.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.