From Wikipedia, the free encyclopedia
"’O sole mio" hi kanzunetta Naplitana magħrufa mad-dinja kollha miktuba fl-1898. Giovanni Capurro kiteb il-versi u Eduardo di Capua ikkompona l-melodija. Hemm verżjonijiet oħra ta' "’O sole mio" imma s-soltu titkanta bid-djalett Naplitan. Bit-Taljan standard ’O sole mio tfisser Il sole mio u bil-Malti tfisser "Ix-xemx tiegħi".
Giovanni Capurro, ġurnalista u editur tal-paġni kulturali tal-gazzetta ta' kuljum "Roma" ta' Napli, fl-1898 kiteb il-versi tal-kanzunetta u ħalla l-kompożizzjoni mużikali f'idejn Eduardo Di Capua. Dak iż-żmien Di Capua kien Odessa, fl-Ukrajna, ma' missieru, vjolinista f'orkestra.
Il-mużika tidher li kienet imnebbħa minn sebħ sabiħ fuq il-Baħar l-Iswed. Il-kanzunetta mbagħad tkantat Napli f'konkors mużikali mingħajr ma kisbet suċċess kbir u spiċċat it-tieni. Imma wara bdiet tinfirex iżjed u iżjed - anki barra l-Italja - biex saret parti mill-patrimonju dinji tal-mużika.
'O sole mio hi waħda mill-kanzunetti l-iżjed famużi taż-żminijiet kollha, imma ma tantx qalgħu minnha ż-żewġ awuturi tagħha, Capurro u Di Capua, li mietu fil-faqar fis-snin 1910. Id-dar ta' edizzjoni mużikali Bideri baqgħet tieħu r-royalties tal-biċċa mużika, li - minkejja li għadda iżjed minn seklu mir-reġistrazzjoni tagħha - għadha ma daħlitx fid-dominju pubbliku. Infatti, f'Ottobru tal-2002, tribunal f'Torin għaraf lil Alfredo Mazzucchi li miet fl-1972, bħala ko-awtur tal-melodija bil-konsegwenza li l-kanzunetta ħa tibqa' bil-copyright sal-2042.[1]
|
|
L-iżjed interpretazzjoni famuża ta' din il-kanzunetta x'aktarx hi dik ta' Enrico Caruso, imma għadd kbir ta' artisti oħra interpretaw l-għanja, li tagħha hemm ħafna verżjonijiet. Fost l-iżjed famużi hemm dik ta' Elvis Presley, bit-titlu It's Now or Never, derivata minn waħda tal-attur u kantant Tony Martin. Id-diska ta' Presley li ħarġet f'Settembru tal-1960, bigħet għexur ta' miljuni ta' kopji u kienet l-iżjed waħda li nbigħet fil-karriera tiegħu[5]. Fl-2002 il-kantant Al Bano inklud verżjoni mhux tas-soltu ta' 'O sole miofis-CD tiegħu Carrisi canta Caruso li fiha kanta "dwett virtwali" mat-tenur Enrico Caruso. Eccellenti anche le Il-verżjonijiet ta' Giuni Russo (2004), Dalida (1960) u ta' Claudio Villa (1964) huma wkoll eċċellenti. Fl-1957 Bill Haley and His Comets kienu diġà qatgħu diska bit-titlu Come rock with me. Fl-2006 Pino Daniele reġa' interpreta l-verżjoni ta' Elvis.
Seamless Wikipedia browsing. On steroids.
Every time you click a link to Wikipedia, Wiktionary or Wikiquote in your browser's search results, it will show the modern Wikiwand interface.
Wikiwand extension is a five stars, simple, with minimum permission required to keep your browsing private, safe and transparent.