Vilel u Ġonna tal-Familja Medici
għadd ta' vilel u ġonna tal-familja Medici fiċ-ċentru u fit-Tramuntana tal-Italja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Vilel u Ġonna tal-Familja Medici huma sensiela ta' kumplessi ta' binjiet rurali fir-reġjun tat-Toskana fl-Italja li kienu proprjetajiet ta' membri tal-familja Medici bejn is-seklu 15 u s-seklu 17. Il-vilel kellhom diversi funzjonijiet: kienu l-palazzi fil-kampanja tal-familja Medici, imqassmin fit-territorju kollu fejn kienu jmexxu, bħala turija tas-setgħa u tar-rikkezzi tagħhom. Kienu wkoll postijiet rikreattivi għad-divertiment u l-intratteniment tas-sidien tagħhom; u b'mod iktar prożajku, kienu ċ-ċentru ta' attivitajiet agrikoli fl-artijiet tal-madwar. Fl-2013, il-vilel u l-ġonna tal-familja Medici ġew miżjuda fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2]