Oċeanja
kontinent magħmul mill-Awstralasja, il-Melanesja, il-Mikroneżja u l-Polineżja / From Wikipedia, the free encyclopedia
L-Oċeanja hija reġjun, ġeografiku, u wkoll ġeopolitiku magħmul minn bosta artijiet - l-iktar gżejjer, u ħafna drabni jinkludi l-Awstralja – fl-Oċean Paċifiku u l-viċinanzi. Il-firxa eżatta tal-Oċeanja għandha varjetà ta' definizzjonijiet, b'xi interpreatzzjonijiet li jinkludu l-Awstralja, New Zealand, l-Indoneżja u Timor tal-Lvant.
L-użu primarju tat-terminu Oċeanja huwa li jiddeskrivi reġjun makroġeografiku li jinsab bejn l-Ażja u l-Ameriki, bil-kontinent Awstraljan bħala l-ikbar landmass u li jikkonsisti f'mdawar 10,000 gżira fil-Paċifiku. L-isem Oċeanja huwa wżat għax, kuntrarju għall-raggrupamenti reġjonali oħra, huwa l-oċean u l-baħar iktar milli kontinent li jgħaqqad dawn l-artijiet flimkien.