Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Irlanda
lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-Irlanda / From Wikipedia, the free encyclopedia
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Irlanda rratifikat l-Konvenzjoni fis-16 ta' Settembru 1991.[3]
L-Irlanda attwalment għandha żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-ewwel sit li ġie ddeżinjat kien Brú na Bóinne – il-Kumpless Arkeoloġiku tal-Lilwa tax-Xmara Boyne, fl-1993.[4] It-tieni sit, Skellig Michael, ġie ddeżinjat fl-1996.[5] It-tnejn huma siti kulturali li ntgħażlu skont il-kriterji tal-għażla tal-UNESCO.