Katidral ta' Aachen
katidral Kattoliku Ruman f'Aachen, il-Ġermanja / From Wikipedia, the free encyclopedia
Il-Katidral ta' Aachen (bil-Ġermaniż: Aachener Dom) huwa knisja Kattolika Rumana f'Aachen, il-Ġermanja, u s-sede tad-Djoċesi Kattolika Rumana ta' Aachen.
Huwa wieħed mill-eqdem katidrali fl-Ewropa. Inbena skont l-ordni tal-Imperatur Karlu Manju, li ġie midfun hemmhekk fit-814 W.K. Mid-936 sal-1531, fil-Kappella Palatina seħħet l-inkurunazzjoni ta' wieħed u tletin re Ġermaniż u tnax-il reġina. Il-knisja ilha s-sede prinċipali tad-Djoċesi ta' Aachen mill-1930.[1]
Fl-1978, il-Katidral ta' Aachen kien wieħed mill-ewwel 12-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[2]